Saturday, December 26, 2009

Hemm bzonn ta’ aktar u mhux anqas informazzjoni

Dan l-ahhar l-MFSA permezz ta’ stqarrija mahruga mit-Taqsima ghall-Ilment tal-Konsumatur harget twissija lil dawk li setghu kienu interessati f-investimenti ‘Asset-backed Securities.

L-ghan ta’ din l-istqarrija kien li twissi lil dawk li kienu imhajra li dan hu investiment ghal dawk li huma profesjonisti u li ghandhom esperjenza. Din l-istqarrija tidher li qajmet kjass ghal dawk li kienu qed imexxu dan it-tip ta’ nvestiment ghaliex gabu reklam ta’ pagna fil-gurnal tieghek biex jiprova jirribatti din l-istqarrija.

Jien qbajt skantat b’din ir-reazzjoni ghaliex din kienet stqarrija f’posta. Kienet qed twissi biex min jidhol ghal dan l-investiment ikun jaf ghal x’hiex qed jidhol. Ir-reklam li gabu l-istess nies li qed imexxu dan l-investiment juri l-htiega ta’ din it-twissija. Min qara r-reklam ta’ min qed imexxi l-investiment u ma fehemx kif jahdem dan l-investiment, m’ghandux jidhol ghalih. Min fehem ghandu joqghod attent ghal punti li qajmet l-istqarrija.

Nemmen li m’hemm hadd li ghandu esperjenza f’dawn l-affarijiet u fl-istess hin m’ghandux interessi personali bhal l-MFSA. Fost ohrajn nirrakomanda hafna pubblikazzjoni importanti hafna li harget l-MFSA ghal dawk li jinvestu fi prodotti finanzjarji – Gwida ghall-konsumatur meta jinvesti fi Prodotti Finanzjarji. L-esperjenzi qarsa li ghaddew hafna li nvestew dawn l-ahhar snin, juri l-bzonn ta’ aktar informazzjoni.

B’hekk biss nistghu nergghu inqajmu l-fiducja ta’ hafna li harqu subajhom dan l-ahhar biex jergghu jibdew jinvestu. Bhal din l-istqarrija ghandna bzonn aktar u mhux anqas. U ghandna bzonnom bhal l-ilma fid-desert.

Benny Borg Bonello

http://bbb84.blogspot.com

Published in Torca 29th November 2009