Monday, April 16, 2012

Min għandu t-tort iħallas!

Ftit ta’ zmien ilu thabbar li hemm probabilita’ li l-MEPA kienet ser twahhal penali sew lil Enemalta u sew lil Wasteserve talli ma wettqux l-obbligi taghhom.

Dan hu pass importanti biex sew nassiguraw kontabilita’ u anki r-rule of law (li l-ligi tapplika ghal kulhadd u mhux ghaz-zghir). Biss dan il-pass hu biss bicca min dak li ghandu jsir.

Jekk jigu imposti dawn il-penali x’ser jigri. Bis-sistema li hemm bhalissa, l-Enemalta jew il-Wasteserve jhallsu, idahhluhom fil-kotba bhala spiza u jghaddu din l-ispiza fuq il-konsumaturi. Dan ifisser li fil-prezent huma l-konsumaturi li ser ikollhom ihallsu tal-izbalji ta’ haddiehor, f’dan il-kaz permezz ta’ tariffi aktar gholja ghall-elettriku u l-ilma li nikkunsmaw!

Biex il-process ikun wiehed gust, is-sistema trid tigi rrangata. Hemm bzonn min ha decizjonijiet hziena jew ma hax decizjonijiet li kellu jiehu, jhallas dawn il-multi hu. Fost dawk li huma minn ta’ quddiem hemm id-Diretturi u l-management ta’ dawn il-kumpaniji li hemm bzonn iwiegbu jew ihallsu. Dawn id-Diretturi u l-management ghalhekk jithallsu.

Jekk dawn ma setghux jiehdu dawk id-decizjonijiet li suppost hadu ghandhom jghidu ghaliex. Illum spicca z-zmien li nibqghu nikkummidjaw bil-konsumaturi u kulhadd ghandu jkun responsabbli ghal ghemilu.


Benny Borg Bonello

Ghaqda tal-Konsumaturi

Published in Torca 15th April 2012 http://www.torca.com.mt/FullArticle.php?ID1=%27Ittri%27&ID2=41827