Tuesday, August 21, 2012


Arriva – imma meta?!

L-Arriva issa ilha sena topera s-servizz li nsejhulu l-karozzi tal-linja.  Sena hu tul bizzejjed sabiex azjenda gdida tibda taghti s-servizz li kien imwieghed.

It-targets li tpoggew kienu gholja hafna u kien ghalhekk li n-nies hadu r-ruh meta rcevew leaflets li hargu l-aktar affarijiet tajba li kellhom jintlahqu.  Dawn kienu kuntrast kbir mal-istampa li kellhom hafna nies ta’ dak li kellna.  Zgur li l-aktar haga li kienet iddejjaq in-nies kienet l-arroganza tax-xufiera.  Kienu jqisu ruhhom allat ghax kienu jaghmlu dak li jridu minghajr hadd ma jkellimhom.  L-awtoritajiet kienu jiehdu l-passi meta xi incident kien jasal ghand il-gazzetti.  

Biss biex nghidu kollox, is-servizz kien tjieb fl-ahhar zminijiet.  Il-frekwenza tal-karozzi kienet zdiedet b’rotot godda li kienu qed joffru servizz adekwat meta tqis sew il-prezz li kien jithallas u sew il-htigiet.  Zgur li l-aktar servizz li kien ghal qalb il-Maltin kienet ir-rotta tal-Isptar.  Is-servizz ma kienx perfett, anzi.  Ghalkemm ix-xufiera kienu l-akbar problema, kien hemm affarijiet ohra li dejqu n-nies.  Fost dawn kien hemm il-karozzi.  L-istramberija kienet li ftit ta’ snin qabel it-taxpayer kien hallas somma kbira biex il-karozzi jinbidlu.  Biss fl-ahhar l-aktar karozzi li kienu qed jintuzaw kienu l-qodma.  X’sar minnhom dawn il-karozzi/flus?  Qatt ma qalulna.

Is-servizz tal-Arriva beda b’hafna pompa li mal-ewwel iccajpar.   Kien hemm il-problema tax-xufiera li kienu holqu intoppi serji meta beda s-servizz.  Jekk xejn dawn l-intoppi servew biex il-konsumaturi jissaportu n-nuqqasijiet li dehru mal-ewwel u kollox inheba.   L-aktar problema li kien hemm kienet ir-rotot il-godda li wrew li meta tkun trid tbiddel xi haga radikalment trid ikollok saqajk mal-art.  Biex aktar inkomplu nghaxxquha introducejna l-ismijiet ghal kull stage.  Biex zgur nikkumplikawhom hadna l-ismijiet tat-toroq vicini meta l-Maltin kienu juzaw sistema ohra – nuzaw stabbilimenti u bini fil-vicin biex dawk li ma jkunux tal-post ikunu jistghu jaghrfu l-istage.  L-introduzzjoni tar-rotot  u l-ismijiet tal-istages urew li l-ippjanar ma jistax isir biss minn fuq l-iskrivanija izda billi tohrog u tipprova dak li tkun ser tintroduci. Tara s-sistema li juzaw in-nies biex taghmel il-bidla aktar facli.  

Illum ir-rotot m’ghadhomx problema ghaliex tista’ tghid li ghall-maggoranza taghhom ergajna morna ghal dak li kellna.  Bhal m’ghidt il-konsumaturi kienu pacenzjuzi bil-problemi li kien hemm ghaliex l-ewwel wahhalna fix-xufiera u wara f’dawk li fettillhom jibdlu r-rotot mil-lejl ghan-nhar.  Illum dawn ghaddew u l-konsumaturi m’ghandhomx aktar f’min iwahhlu hlief fl-Arriva.

X’inhuma dawn il-problemi.  Zgur li l-akbar problema li hemm illum hi ergajna morna fl-aghar zminijiet f’dak li hu hinijiet.  Illum is-sistema tat-trasport pubbliku saret bhal dik tal-qorti – taf meta hrigt mid-dar izda qatt ma tista’ tghid fi x’hin ser tasal fejn trid.  Din hi problema kbira ghaliex din qed tgherri l-kredibilita’ tas-servizz.  Hafna drabi qed jigri li l-konsumaturi jkollhom jistennew hafna fuq l-istage u wara tara xi zewg karozzi ta’ dik ir-rotta ghaddejjin wara xulxin.  Dak li semma Victor Vella ma kinux xi rarita’.  Dan l-ahhar kont qed nistenna San Tumas biex immur il-Belt.  Wasalt fuq l-istage fl-ghaxra nieqes ghaxra.  Domt nistenna sal-hdax neqsin ghoxrin minuta.  Ghaddew l-X5 u ohrajn izda m’ghadditx wahda minn 91,92 jew 93.  Qtajt qalbi, mort id-dar u tlqat bil-karozza tieghi.

Biss din tal-hin ghalkemm l-aktar importanti, mhux l-unika haga li qed iddejjaq in-nies.  Kien hemm affarijiet ohra mwieghda.  Il-karozzi kellhom ikollhom l-arja kondizzjonata.  Din ghadna ‘l boghod milli nilhquha.  Dan l-ahhar kont qed naghmel nota fuq dak li gie mwieghed u dak li s’issa ghadu ma wasalx.  U din hi wahda minnhom.  Skont dak li kkalkolajt fuq perjodu ta’ hmistax-il gurnata sibt li madwar 30% m’ghandhomx arja kkundizzjonata jew ma kinitx qed tintuza.  Din tal-arja kkundizzjonata llum tinhass aktar.  Ir-raguni hi li ghandek hafna karozzi li jghabbu hafna passiggieri u jzommu l-bibien maghluqa, kif suppost.  L-effett izda hu li meta tinzerta hekk, thossok li qieghed go tebut specjalment illum bis-shana li ghandna.

L-istess ma nistax nifhem kif ghad ghandna ammont ta’ karozzi li ghad m’ghandhomx in-numri jahdmu b’mod elettroniku.  Ghad ghandna hafna karozzi li n-numru tar-rotta hu miktub  fuq bicca karta mwahhla bit-tape!  Jekk niehdu l-informazzjoni fejn tkun waslet il-karozza xorta nsibu li ghad ghandna sezzjoni mhux hazin li m’ghandhomx sistema elettronika li turik l-istage li jmiss.  Hemm ohrajn li jehduna lura ghas-sistema l-antika ghaliex la sinjal elettroniku u lanqas avviz ma jinghata.

Is-sistema kellha wkoll ikollha sistema li meta tkun fuq stage turik liema karozza tkun gejja u l-hin.  Din mhix xi sistema li qed tintuza l-ewwel darba f’Malta.  Din hi sistema li tintuza fis-servizzi tat-trasport pubbliku kullimkien.  Allura ghaliex wara sena ghad ma rnexxilniex li jkollna wahda li tahdem tajjeb.  L-isbah hi li llum ghandek certu stages fejn din is-sistema qed tahdem tajjeb.  F’ohrajn is-sistema turik li l-karozza ghad trid tasal, meta fil-fatt diga’ tkun ghaddiet.  Ohrajn din is-sistema ma tahdimx.  Wahda minn dawn hi dik li hemm fit-terminus tal-Belt, in-numru 13.  

Dan mhux kollox ghaliex hemm zewg affarijiet ohra li l-konsumaturi ghandhom ma ttendewx.  L-ewwel hi certu unfair terms li nsibu fil-kundizzjonijiet tal-ivvjaggar.  Il-konsumaturi qed jigu mcahhda li jiehdu kumpens anki jekk ikun traskuragni tal-kumpanija.  L-ohra hi l-prezz.  Min juza tal-linja,  dan l-ahhar seta’ jittendi li twahhlet tabella.  Din turi li l-prezzijiet huma:

Li mhux qed jittendu l-konsumaturi hi li meta tispicca d-deroga (jekk hemm) ezistenti, il-prezzjijet ghall-Maltin ser joghlew bil-kbir ghaliex ikollhom ihallsu l-istess prezzijiet bhat-turisti.  Din is-sistema nholqot biex tinholoq raguni ghaliex barranin, anki dawk gejjin mill-UE, qed ikollhom ihallsu hafna aktar.  Zgur li meta tasal din ser tolqot l-aktar hazin lill-penzjonanti ghaliex il-biljett ta’ gurnata ser jitla’ minn 50c ghal €2.60.

Problema ohra li qed tizviluppa hi l-attitudni tal-haddiema.  Din bil-mod il-mod sejra lura.  Diga’ tidher certa guffagni mal-passigieri.  Diga’ qed naraw li fejn qabel kull karozza titrakka mal-bankina, issa hemm hafna li nsewha din il-prattika.  L-istess l-attitudni fis-sewqan.  Bhal ma kont ktibt fuq is-sistema l-ohra, nemmen li din l-attitudni gejja minn kif nistmaw il-haddiema.  Illum dawn jinsabu l-Furjana kwazi f’nofs ta’ triq!  Mhux talli din qed thalli impressjoni hazina, izda qed nistmaw dawn il-haddiema ta’ annimali.  Jekk haddiem tistmah hekk, hekk ser jagixxi.  Dejjem kont nemmen li dawn ghandhom ikollom post adekwat u attrezzat bil-facilitajiet.  Dan ghandu jsir minghajr telf taz-zmien ghaliex wara ghalxejn noqghodu ngergru ghall-attitudni tal-haddiema.  Din hi responsabilta’ sew tal-Arriva u ta’ Transport Malta li jipprovdu post  disentí ghal dawn il-haddiema.

Jien kont wiehed li kont qed nemmen li dan is-servizz jista’ verament joffri alternattiva ghal hafna karozzi li ghandna fit-toroq taghna.  Kont qed nuza l-karozza tieghi biss meta jew ir-rotot ikunu kkumplikati, jew meta rrid nizgura li ser nasal fil-hin jew meta mmur nixtri.  Kont lest li nissaporti.  Biss illum qtajt qalbi u qed nuza tal-linja biss meta il-hin mhux importanti.    Sfortunatament,  illum is-servizz li ghandna hu tajjeb jekk int m’ghandekx x’taghmel u trid tqatta’ l-hin.  Kull ma trid hu irkeb l-Arriva u mohhok mistrieh li tista’ tqatta’ gurnata – hafna mill-hin tistenna l-Arriva tasal!

Benny Borg Bonello
Ghaqda tal-Konsumaturi
www.camalta.org.mt