Arriva
– imma meta?!
L-Arriva
issa ilha sena topera s-servizz li nsejhulu l-karozzi tal-linja. Sena hu tul bizzejjed sabiex azjenda gdida
tibda taghti s-servizz li kien imwieghed.
It-targets
li tpoggew kienu gholja hafna u kien ghalhekk li n-nies hadu r-ruh meta rcevew
leaflets li hargu l-aktar affarijiet tajba li kellhom jintlahqu. Dawn kienu kuntrast kbir mal-istampa li
kellhom hafna nies ta’ dak li kellna.
Zgur li l-aktar haga li kienet iddejjaq in-nies kienet l-arroganza
tax-xufiera. Kienu jqisu ruhhom allat
ghax kienu jaghmlu dak li jridu minghajr hadd ma jkellimhom. L-awtoritajiet kienu jiehdu l-passi meta xi
incident kien jasal ghand il-gazzetti.
Biss
biex nghidu kollox, is-servizz kien tjieb fl-ahhar zminijiet. Il-frekwenza tal-karozzi kienet zdiedet
b’rotot godda li kienu qed joffru servizz adekwat meta tqis sew il-prezz li
kien jithallas u sew il-htigiet. Zgur li
l-aktar servizz li kien ghal qalb il-Maltin kienet ir-rotta tal-Isptar. Is-servizz ma kienx perfett, anzi. Ghalkemm ix-xufiera kienu l-akbar problema,
kien hemm affarijiet ohra li dejqu n-nies.
Fost dawn kien hemm il-karozzi.
L-istramberija kienet li ftit ta’ snin qabel it-taxpayer kien hallas
somma kbira biex il-karozzi jinbidlu.
Biss fl-ahhar l-aktar karozzi li kienu qed jintuzaw kienu l-qodma. X’sar minnhom dawn il-karozzi/flus? Qatt ma qalulna.
Is-servizz
tal-Arriva beda b’hafna pompa li mal-ewwel iccajpar. Kien hemm il-problema tax-xufiera li
kienu holqu intoppi serji meta beda s-servizz.
Jekk xejn dawn l-intoppi servew biex il-konsumaturi jissaportu
n-nuqqasijiet li dehru mal-ewwel u kollox inheba. L-aktar problema li kien hemm kienet
ir-rotot il-godda li wrew li meta tkun trid tbiddel xi haga radikalment trid
ikollok saqajk mal-art. Biex aktar
inkomplu nghaxxquha introducejna l-ismijiet ghal kull stage. Biex zgur nikkumplikawhom hadna l-ismijiet
tat-toroq vicini meta l-Maltin kienu juzaw sistema ohra – nuzaw stabbilimenti u
bini fil-vicin biex dawk li ma jkunux tal-post ikunu jistghu jaghrfu
l-istage. L-introduzzjoni tar-rotot u l-ismijiet tal-istages urew li l-ippjanar
ma jistax isir biss minn fuq l-iskrivanija izda billi tohrog u tipprova dak li
tkun ser tintroduci. Tara s-sistema li juzaw in-nies biex taghmel il-bidla aktar
facli.
Illum ir-rotot m’ghadhomx problema
ghaliex tista’ tghid li ghall-maggoranza taghhom ergajna morna ghal dak li
kellna. Bhal m’ghidt il-konsumaturi
kienu pacenzjuzi bil-problemi li kien hemm ghaliex l-ewwel wahhalna fix-xufiera
u wara f’dawk li fettillhom jibdlu r-rotot mil-lejl ghan-nhar. Illum dawn ghaddew u l-konsumaturi
m’ghandhomx aktar f’min iwahhlu hlief fl-Arriva.
X’inhuma dawn il-problemi. Zgur li l-akbar problema li hemm illum hi
ergajna morna fl-aghar zminijiet f’dak li hu hinijiet. Illum is-sistema tat-trasport pubbliku saret
bhal dik tal-qorti – taf meta hrigt mid-dar izda qatt ma tista’ tghid fi x’hin
ser tasal fejn trid. Din hi problema
kbira ghaliex din qed tgherri l-kredibilita’ tas-servizz. Hafna drabi qed jigri li l-konsumaturi
jkollhom jistennew hafna fuq l-istage u wara tara xi zewg karozzi ta’ dik
ir-rotta ghaddejjin wara xulxin. Dak li
semma Victor Vella ma kinux xi rarita’.
Dan l-ahhar kont qed nistenna San Tumas biex immur il-Belt. Wasalt fuq l-istage fl-ghaxra nieqes
ghaxra. Domt nistenna sal-hdax neqsin
ghoxrin minuta. Ghaddew l-X5 u ohrajn
izda m’ghadditx wahda minn 91,92 jew 93.
Qtajt qalbi, mort id-dar u tlqat bil-karozza tieghi.
Biss din tal-hin ghalkemm l-aktar
importanti, mhux l-unika haga li qed iddejjaq in-nies. Kien hemm affarijiet ohra mwieghda. Il-karozzi kellhom ikollhom l-arja
kondizzjonata. Din ghadna ‘l boghod
milli nilhquha. Dan l-ahhar kont qed
naghmel nota fuq dak li gie mwieghed u dak li s’issa ghadu ma wasalx. U din hi wahda minnhom. Skont dak li kkalkolajt fuq perjodu ta’ hmistax-il
gurnata sibt li madwar 30% m’ghandhomx arja kkundizzjonata jew ma kinitx qed
tintuza. Din tal-arja kkundizzjonata
llum tinhass aktar. Ir-raguni hi li
ghandek hafna karozzi li jghabbu hafna passiggieri u jzommu l-bibien maghluqa,
kif suppost. L-effett izda hu li meta
tinzerta hekk, thossok li qieghed go tebut specjalment illum bis-shana li
ghandna.
L-istess ma nistax nifhem kif ghad
ghandna ammont ta’ karozzi li ghad m’ghandhomx in-numri jahdmu b’mod
elettroniku. Ghad ghandna hafna karozzi
li n-numru tar-rotta hu miktub fuq bicca
karta mwahhla bit-tape! Jekk niehdu
l-informazzjoni fejn tkun waslet il-karozza xorta nsibu li ghad ghandna
sezzjoni mhux hazin li m’ghandhomx sistema elettronika li turik l-istage li
jmiss. Hemm ohrajn li jehduna lura
ghas-sistema l-antika ghaliex la sinjal elettroniku u lanqas avviz ma jinghata.
Is-sistema kellha wkoll ikollha sistema
li meta tkun fuq stage turik liema karozza tkun gejja u l-hin. Din mhix xi sistema li qed tintuza l-ewwel
darba f’Malta. Din hi sistema li
tintuza fis-servizzi tat-trasport pubbliku kullimkien. Allura ghaliex wara sena ghad ma rnexxilniex
li jkollna wahda li tahdem tajjeb.
L-isbah hi li llum ghandek certu stages fejn din is-sistema qed tahdem
tajjeb. F’ohrajn is-sistema turik li
l-karozza ghad trid tasal, meta fil-fatt diga’ tkun ghaddiet. Ohrajn din is-sistema ma tahdimx. Wahda minn dawn hi dik li hemm fit-terminus
tal-Belt, in-numru 13.
Dan mhux kollox ghaliex hemm zewg
affarijiet ohra li l-konsumaturi ghandhom ma ttendewx. L-ewwel hi certu unfair terms li nsibu
fil-kundizzjonijiet tal-ivvjaggar.
Il-konsumaturi qed jigu mcahhda li jiehdu kumpens anki jekk ikun
traskuragni tal-kumpanija. L-ohra hi
l-prezz. Min juza tal-linja, dan l-ahhar seta’ jittendi li twahhlet
tabella. Din turi li l-prezzijiet huma:
Li mhux qed jittendu l-konsumaturi hi li
meta tispicca d-deroga (jekk hemm) ezistenti, il-prezzjijet ghall-Maltin ser
joghlew bil-kbir ghaliex ikollhom ihallsu l-istess prezzijiet
bhat-turisti. Din is-sistema nholqot
biex tinholoq raguni ghaliex barranin, anki dawk gejjin mill-UE, qed ikollhom
ihallsu hafna aktar. Zgur li meta tasal
din ser tolqot l-aktar hazin lill-penzjonanti ghaliex il-biljett ta’ gurnata
ser jitla’ minn 50c ghal €2.60.
Problema ohra li qed tizviluppa hi
l-attitudni tal-haddiema. Din bil-mod
il-mod sejra lura. Diga’ tidher certa guffagni
mal-passigieri. Diga’ qed naraw li fejn
qabel kull karozza titrakka mal-bankina, issa hemm hafna li nsewha din
il-prattika. L-istess l-attitudni
fis-sewqan. Bhal ma kont ktibt fuq
is-sistema l-ohra, nemmen li din l-attitudni gejja minn kif nistmaw
il-haddiema. Illum dawn jinsabu
l-Furjana kwazi f’nofs ta’ triq! Mhux
talli din qed thalli impressjoni hazina, izda qed nistmaw dawn il-haddiema ta’
annimali. Jekk haddiem tistmah hekk,
hekk ser jagixxi. Dejjem kont nemmen li
dawn ghandhom ikollom post adekwat u attrezzat bil-facilitajiet. Dan ghandu jsir minghajr telf taz-zmien
ghaliex wara ghalxejn noqghodu ngergru ghall-attitudni tal-haddiema. Din hi responsabilta’ sew tal-Arriva u ta’
Transport Malta li jipprovdu post
disentí ghal dawn il-haddiema.
Jien kont wiehed li kont qed nemmen li
dan is-servizz jista’ verament joffri alternattiva ghal hafna karozzi li
ghandna fit-toroq taghna. Kont qed nuza
l-karozza tieghi biss meta jew ir-rotot ikunu kkumplikati, jew meta rrid
nizgura li ser nasal fil-hin jew meta mmur nixtri. Kont lest li nissaporti. Biss illum qtajt qalbi u qed nuza tal-linja
biss meta il-hin mhux importanti.
Sfortunatament, illum is-servizz
li ghandna hu tajjeb jekk int m’ghandekx x’taghmel u trid tqatta’ l-hin. Kull ma trid hu irkeb l-Arriva u mohhok
mistrieh li tista’ tqatta’ gurnata – hafna mill-hin tistenna l-Arriva tasal!
Benny Borg Bonello
Ghaqda tal-Konsumaturi
www.camalta.org.mt