Wednesday, March 18, 2009

Il-ħmar jikkmanda lil denbu

Is-saga tat-tariffi tad-dawl u l-ilma tidher li ma tista’ tispiċċa qatt. Jekk kien hemm xi ħaġa li ħawdet lil kul­ħadd – għax ħadd ma kien jaf fejn qie­għed – kienet din il-kwistjoni. Dan it-taħwid jidher li ma jista’ jispiċċa qatt.

L-aħħar żviluppi li kien hemm f’din it-taħwida jitfgħu dawl ġdid ta’ kif saru l-affarijiet. Żvilupp li kellna dan l-aħħar kien id-dħul fix-xena tar-Regolatur – l-Awtorità dwar ir-Riżorsi.

L-ew­wel, għal xhur sħaħ din kienet siekta – qisu dawk l-affarijiet li kienu għaddejjin ma kellhomx x’jaqsmu magħha. Wara l-MRA iddaħlet mill-Gvern stess meta l-PM bagħat lill-11-il unjin għandha, wara li dan kien qiegħed jużurpa l-awtorità tagħha għal xhur sħaħ.

Il-11-il unjin bdew jistaqsu lil din l-awtorità dettalji dwar kif il-Gvern wasal għat-tariffi l-ġodda. Biex iraqqgħu l-pannu bil-qara ħamra qabbdu lil kumpanija ta’ ’accountants’ biex tagħmel rapport. Ma kinitx sorpriża li din il-kumpanija qablet mal-kumpanija li kienet tqabbdet mill-Gvern għax it-tnejn huma kumpaniji tal-’accountants’. B’hekk, l-Awtorità qalet, il-kalkoli tat-tariffi li kien ikkalkula l-Gvern kienu tajbin.

Biss din il-bużżieqa mal-ewwel infaqgħet mill-11-il unjin għax dawn, megħjunin mill-ekonomista l-Professur Edward Scicluna, argumentaw li l-metodu jrid ikun differenti minn dak li jikkalkolaw l-’accountants’. Għal dan l-MRA ma kelliex risposta u wara taħditiet oħrajn mal-istess unjins kien jidher li l-Awtorità se tissuġġerixxi lill-Gvern biex dan ibiddel it-tariffi. Iżda lanqas kienu għaddew tliet sigħat wara li l-unjins ħabbru dan, li l-Awtorità ċaħdet li waslet għal dan il-ftehim. Kulħadd għandu moħħ biex jifhem x’seta’ ġara minn wara l-kwinti!



Konsultazzjoni

Hawn wasal l-aħħar żvilupp. L-Enemalta bagħtet numru ta’ principji fuq xiex bi ħsiebha tibbaża t-tariffi fil-futur.

L-Awtorità, minflok qabblet dawn il-principji mal-principji li suppost żviluppat biex tiffissa r-rati, reġgħet waqfet milli tiffissa rati ġodda bl-iskuza li hemm bżonn ta’ konsultazzjoni pubblika. Il-konsultazzjoni kien missa ilha li saret. Barra minhekk tista’ ssir indipendament mid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fuq it-tariffi.

Din is-sitwazzjoni tikxef ċerti affarijiet:

• Li l-MRA stess, wara dawn is-snin kollha mwaqqfa, għadha ma żvi­­lup­patx prinċipji biex tkun tista’ tirregola t-tariffi f’dan is-suq. Il-probabbiltà hi li la m’għandhiex prinċipji biex tibbaża t-tariffi għal dan is-suq, wisq inqas għandha għal swieq oħrajn. Jekk hu hekk, f’oqsma oħrajn bħal ma hu l-gas, il-konsumaturi, meta se jkollhom jiffaċċjaw monopolju privat minflok wieħed pubbliku, se jerġgħu jsibu regolatur impotenti;

• Li l-MRA qiegħda tagħmel il-konsul­taz­zjoni, issa wara li l-froġa diġà saret. Dan aktar qiegħed iqajjem suspetti li din il-konsultazzjoni hi waħda finta biex jintrebaħ iż-żmien u jkun hemm aktar direzzjoni mill-Gvern;

• Li l-MRA, wara dawn is-snin kollha minflok qiegħda tidderiġi s-suq hi, qiegħda titmexxa minn l-uniku operatur – il-Gvern, permezz tal-Enemalta. Dan ifisser li minflok ħallasna t-taxxi biex ikollna regolatur li jipproteġi l-interessi tagħna, ħallasna biex ir-regolatur iħares l-interessi tal-Gvern li ħatru;

• Li l-konsumaturi qegħdin jiffaċċjaw sitwazzjoni fejn m’għandhomx wisq għażla ta’ proposti għax dawn il-proposti ġejjin mill-uniku operatur u ma fihomx bilanċ. Li kien hemm principji oħrajn stabiliti, in-nies kien ikollhom xelta akbar ta’ għażliet.



Il-proposti tal-Enemalta

L-Enemalta (?!) iddefinixxit ir-rwol tar-Regolatur bħala wieħed li jara li l-Ene­malta ma tagħmilx profitti li mhux raġonevoli. Dan mhux ir-rwol tar-Regolatur. Bħal ma kiteb il-Profes­sur Scicluna, ir-rwol hu dak li tara li jkun hemm kompetizzjoni u t-tħaris tal-konsumaturi. Fejn ma hemmx kompetizzjoni trid tara li l-prezzijiet ikunu komparabbli ma’ dawk fejn hemm. Jekk l-MRA tadotta dan ir-rwol, ma tkun qiegħda tagħmel xejn għajr li tapprova l-inefficjenza li dawk li jmexxu l-Enemalta qatt ma ħadu ħsieb u tkun abbandunat ir-rwol proprja tagħha.

F’dan il-każ, aħjar ma jkollna l-ebda regolatur milli jkollna struttura li tagħti impressjoni li tkun qed tħares l-interessi tal-konsumaturi u fil-fatt ma tkun xejn għajr ‘rubber stamp’ ta’ dak li jrid il-Gvern per­mezz tal-Enemalta.

L-Enemalta ma tistax tagħmel telf. Naqblu, iżda dan isir billi tiżdied l-effiċjenza u mhux billi ngħollu l-kontijiet tan-nies. L-Enemalta trid tirkupra l-ispejjeż kollha. Jekk isir hekk, tkun qiegħda terġa’ tintuża l-formula preżenti. Il-prezz filwaqt li jrid jirifletti l-ispejjez, ma jistax jiddependi fuq­hom. Il-prezz irid ikun simili għall-prez­zijiet li tkun qiegħda tuża kumpa­ni­ja simili tal-Enemalta iżda li tkun qiegħda taħdem f’suq kompetittiv. Hu hawnekk li joħorġu l-ineffiċjenzi. Hu dan il-prezz li jrid jintuza biex l-Enemalta taħdem biex tnaqqas dawn l-ineffiċjenzi.

Dan il-prezz ikun qiegħed ineħħi l-ineffiċjenzi kollha. Bil-metodu preżen­ti hu impossibbli li tkun taf fejn huma l-ineffiċjenzi. Eżempju, il-prezz li bih jinxtara ż-żejt. Dan hu l-aħjar prezz li kien hemm jew li seta’ jinkiseb? Bil-metodu preżenti ta’ kif jin­ħad­mu t-tariffi, jinxtara kemm jinxtara, anki jekk min kien responsabbli ma mexiex tajjeb, il-konsumaturi se jkollhom iħallsu għalih. Dawn l-ineffiċjenzi moħbijin jittieħdu ukoll jekk il-prezz ikun dak li semmejt aktar ‘il fuq.

Biex jitfgħu dell ikrah fuq il-ħaddiema u l-GWU, issemma li dawk l-ineffiċenzi li jinħolqu minħabba ftehim kollettiv ma jkunux inkluzi. Hawn wieħed jistaqsi, minn meta ftehim kollettiv sar iwassal għal ineffiċjenzi. Ftehim kollettiv sura ta’ nies suppost li jwassal għal aktar produttività tal-ħaddiema filwaqt li jġib ġustizzja fuq il-post tax-xogħol. Jekk l-Enemalta tidħol fi ftehim kollettiv bħal dan, id-diriġenti tal-Enemalta jridu jġorru r-responsabbiltà għax qatt ma misshom iffirmaw ftehim kollettiv bħal dan.

Hemm il-principju li l-konsumaturi għandhom iħallsu għal dak l-ammont li huma jikkunsmaw. Prinċipju tajjeb iżda mhux kif qiegħed jitħaddem illum. Hemm żewġ raġunijiet. L-ew­wel għandek l-istima. Bis-sistema tal-istima dan mhux dejjem jiġri speċ­jal­ment jekk fiż-żmien li l-ammont ikun qiegħed jiġi stmat ikun hemm bidla fil-prezz. It-tieni, il-logħob bil-kontijiet hemm bżonn jinqata’ darba għal dejjem. Il-perjodi sti­pu­lati meta għandhom joħorgu l-kontijiet għandhom jinżammu. Il-kontijiet m’għandhomx jinħargu skond il-ka­len­darju politiku.



Bilanċ mal-konsumatur

Iżda biex ikun hemm ġustizzja, il-konsumatur għandu jiġi ggarantit li jingħata kumpens meta ma jingħatax servizz tajjeb jew meta ssir ħsara lill-konsumatur. L-MRA, u mhux l-Enemalta, trid tistabbilixxi standards ta’ kemm irid ikun il-qtugħ ta’ elettriku permessibbli matul sena u anki l-massimu ta’ qtugħ f’lokalità waħda. L-istess meta ssir ħsara lill-konsumaturi, l-MRA trid tistabbilixxi hi l-kriterji meta għandu jkun hemm kumpens.

F’każi bħal dawn irid jinstab mezz biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu raġun b’mod imparzjali u b’ħeffa. Illum, l-Enemalta hi sew il-prosekutur u l-ġurija.

Dan il-mekkanizmu għandu ukoll jintuża meta jkun hemm xi kwistjoni dwar il-konsum. Mhux sew li l-konsumatur għandu jkun iffaċċjat mit-theddida li se jispiċċa mingħajr ser­-vizz meta jkollu kwistjoni dwar l-ammont. Għalhekk il-ħtiega ta’ mezz effettiv u mgħaġġel biex jiġi deċiż minn għandu raġun.

Tul dan iż-żmien għandu jkun hemm moratorju ta’ meta l-konsumaturi għandhom iħallsu, speċjalment meta l-ammont ikun kbir. Dawn il-kwistjonijiet jinqalgħu ħafna drabi minħabba ‘meters’ li ma jaħdmux jew ma jkunux qegħdin jaħdmu sew. Hu importanti sew għall-konsumatur u sew għall-Enemalta li kwistjonijiet bħal dawn jinqatgħu malajr kemm jista’ jkun.



Min qed imexxi lil min?

L-aħħar parti tal-lista li qiegħda tippro­poni l-Enemalta fil-fatt tiżvela min verament għandu l-poter li jidde­ċiedi. Dan għax l-Enemalta qiegħda tirriserva d-dritt li minħabba raġunijiet ta’ ġustizzja socjali jew ta’ interess nazzjonali tista’ ma timxix mal-prinċipji proposti minnha stess.

Dan minn meta l-Enemalta saret tiddeċiedi hi meta jidħlu prinċipji ta’ ġustizzja soċjali jew raġunijiet ta’ interess nazzjonali? Hawn joħrog ċar li l-id wara dawn il-proposti hi dik tal-Gvern.

Jekk dan hu hekk, ifisser dak li jemmnu ħafna – li r-regolaturi f’Malta huma daħka fil-wiċċ għax huma biss paraventu tal-Gvern. Hu r-regolatur li għandu jkollu d-dritt li jippermetti, għal żmien definit, li l-Enemalta ma tużax il-prinċipji stabbiliti mir-regolatur.

Dan għandu jsir wara li jkun hemm talba u raġunijiet mogħtijin li jkunu aċċettabbli. Ir-regolatur, min-naħa tiegħu, għandu jxandar din id-deċiżjoni u r-raġunijiet li wassluh jie­ħu din id-deċiżjoni u t-tul ta’ żmien.

Dan ma jnaqqas xejn mill-poteri tal-Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu. Dawn iżda għandhom ukoll jittieħdu quddiem il-Parlament biex jerġa’ jkun hemm skrutinju. Hekk jimxu l-affarijiet b’mod sura ta’ nies. B’dawn il-me­todi nkunu ukoll qegħdin insaħħu d-demokrazija għax nissalvagwardjaw il-kontabilità, it-trasparenza u li ħadd ma jkollu poter assolut.

L-Enemalta qiegħda tirriserva d-dritt li tiżviluppa principji ġodda u li se tavża lir-Regolatur bihom. Hu dmir tar-Regolatur li jiżviluppa prinċipji ġodda billi jkun sensittiv tar-riper­kussjonijiet tad-deċiżjonijiet tiegħu.

L-MRA ma tistax toqgħod ċiċċi bil-qiegħda u tistenna l-bajtra taqa’ f’ħalqha. Trid tqum mir-raqda li ilha fiha minn mindu twaqqfet, tieħu l-inizjattiva hi, u tara li l-istakeholders kollha jkollhom ’fair deal’. L-Enemalta tista’ tressaq proposti għal konsi­derazzjoni bħal ma jistgħu jagħmlu stakeholders oħrajn.



Kif nistgħu nimxu ’l quddiem?

Hemm numru ta’ affarijiet li hemm bżonn jirranġaw ruħhom. Fost dawn insibu dawn li ġejjin:

• Il-Gvern għandu jbiddel il-liġi tal-MRA biex din tiġi assigurata l-indipendenza tagħha. F’artiklu li deher f’it-Torċa xi xhur ilu, kont urejt xi nuqqasijiet fil-liġi li jorbtu dan ir-Regolatur mal-karru tal-Gvern. Barra dan għandu jkun hemm ċar li r-Regolatur għandu d-dmir li jħares id-drittijiet tal-konsumaturi.

Jekk dan ma jsirx, hu dmir tal-Membri Parlamentari Ewropej Maltin li jressqu lment formali lill-UE. Il-Kummissjoni Ewropea permezz tad-DG Kompetizzjoni tista’ tgħin ħafna. Naf li dan id-DG, ftit aktar minn sena ilu, beda jara kif ir-regolaturi fil-pajjiżi tal-UE qegħdin jaħdmu, peress li dawn huma t-tarka prinċipali f’dinja fejn is-suq hu l-bażi tal-ekonomija.

Tibdil fil-liġi biss mhu se jġib xejn ‘il quddiem. In-nies li jmexxu dawn ir-regolaturi huma l-qofol jekk ikollniex regolaturi sura ta’ nies jew pupazzi tal-gvern li poġġihom. Tajjeb li biex inpoġġu nies fuq dawn ir-regolaturi nużaw il-wegħda li kien għamel il-Partit Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni. Nemmen li jekk tintuża tajjeb din il-proposta, ikollna nies li jistgħu jassiguraw li l-konsumaturi għandhom ’fair deal’ filwaqt li tiżdied l-effiċjenza fl-Enemalta.

Li hemm bżonn huma nies li huma professjonisti – li minkejja l-politika tagħhom lesti li jagħmlu dmirhom. Irridu niftakru li l-konsumaturi huma sew Nazzjonalisti u sew Laburisti. Jekk ikun hemm xi ħaġa li tolqot ħażin lill-konsumaturi tkun qiegħda tolqot iż-żewġ naħat. Fuq kollox, il-prova ta’ kull regolatur hi waħda – jekk hux lest li jigdem l-id li titimgħu?!

Pass ieħor hu li r-regolaturi, f’dan il-kaz l-MRA, jibda joħroġ standards għall-Enemalta u entitajiet oħrajn li jaqgħu taħtu fuq diversi affarijiet.

Fil-kaz tal-Enemalta jrid jara kif se jiġu stabiliti l-prezzijiet kif semmejna aktar ‘il fuq. Il-metodu jrid ikun ċar u li jirrifletti l-prezzijiet tal-enerġija f’suq fejn hemm il-kompetizzjoni. Dan għandu jgħodd ukoll għal WSC. Issa hu ż-żmien li nagħmluh u mhux meta tinqala’ kwistjoni minħabba xi żieda kbira fil-prezzijiet. Hemm standards oħrajn, per eżempju, b’kemm hi obbligata l-WSC li taqta’ l-ħela ta’ ilma fis-sistema tad-distribuzzjoni tagħha. Hemm ħafna aktar standards li hemm bżonn jidħlu biex nassiguraw entitajiet li jaħdmu b’effiċjenza, filwaqt li jkun hemm ġustizzja mal-konsumaturi sew bħala konsumaturi diretti u anki ‘taxpayers’.

Hemm affarijiet oħrajn li hemm bżonn jidħlu fis-seħħ. Per eżempju, għaliex m’għandux ikun hemm rap­preżentanti tal-konsumaturi fuq il-bord tal-MRA? Hu b’hekk li jista’ jkun hemm aktar ħeġġa min-naħa tal-MRA biex tidba taħdem b’mod effiċjenti.

Il-Parlament, min-naħa tiegħu, irid jagħmel sehemu ukoll. Hemm bżonn li terġa’ tibda tiddaħħal il-prattika li min qiegħed imexxi dawn ir-regolaturi jagħti rendikont pubbliku anki quddiem il-Parlament. Dan għandu jkollu Kumitati tal-Kamra li jara dawn ir-regolaturi kif qegħdin jaħdmu. Sew ic-Chairman u sew ic-CEO għandhom jidhru quddiem dawn il-Kumitati biex jispjegaw u jwieġbu kif mexxew u jispjegaw il-programm tas-sena li jkun imiss. L-istess għand­hom jidhru n-nies li qegħdin imexxu dawn l-entitajiet tal-Gvern. Ma jistax ikun li min qed imexxi ikun biss kontabbli lejn il-Ministru responsabbli. Irid ikun kontabbli u trasparenti quddiem ir-rapprezentanti tat-‘taxpayers’.

L-aġenda ta’ hawn fuq la hi qasira u lanqas faċli. Iżda hemm bżonn li nibdew biex forsi xi darba naslu. Hemm bżonn l-isforz tal-istakeholders kollha. Sforz biex intejbu l-affarijiet b’mod ippjanat u sistematiku. Irridu nif­hmu li r-rwol tal-istakeholders hu wieħed kontinwu biex intejbu l-affarijiet u mhux biex jispjegaw lin-nies li d-deċizjonijiet li ttieħdu kienu tajbin.

J’Alla li minn din is-saga u froġa tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma joħroġ xi ħaġa tal-ġid sew għall-konsumaturi ta’ dawn is-servizzi u sew għall-ażjendi u l-ħaddiema tagħhom. Biex isir dan hemm bżonn li dan ir-Regolatur jibda jmexxi u mhux jitmexxa minn ħaddieħor.


Published in l-Orizzont of the 10th March 2009

Tuesday, March 3, 2009

B’sens ta’ solidarjetà

Jien nemmen li l-Awtoritajiet f’pajjiżna għandhom rwol importanti. Dan għax is-sistema li tintuża fin-negozji hi s-suq. Id-Dipartiment tal-Konsumaturi hu wieħed minn dawn ir-regolaturi.

Mhux l-ewwel darba li kkritikajt dan id-dipartiment għax nemmen li jrid jieħu rwol aktar dinamiku u proattiv. Bħalma dejjem għidt, nemmen li d-difett qiegħed fit-tmexxija u mhux fil-ħaddiema.

Għalhekk, għandi rispett kbir lejn il-ħaddiema ta’ sew din l-awtorità u sew ta’ awtoritajiet oħrajn. Hu għalhekk li nixtieq nuri s-solidarjetà tiegħi ma’ dawn il-ħaddiema.

Hu għalhekk li bqajt skantat li minkejja li hemm kritika sħiħa fil-pajjiż rigward dawn l-awtoritajiet għax mhumiex jaqdu dmirhom, issa għax dawn l-uffiċjali kienu qegħdin jaqdu dmirhom sfaw attakkati. Iżda l-agħar parti hi li l-qorti minflok tat tagħlima lil min jattakka uffiċjal pubbliku waqt il-qadi ta’ dmiru, illiberatu b’kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor. Il-messaġġ li ħareġ lill-pubbliku kien wieħed ċar – li dan it-tip ta’ reat ma kienx wieħed serju.

Allura kif jista’ jkun hemm ħeġġa min-naħa tal-ħaddiema biex dawn jaqdu dmirhom? Jekk il-poplu jrid jieħu ta’ kemm qed iħallas taxxi, irridu nassiguraw li dawn l-uffiċjali jagħmlu dmirhom b’mod ġust, trasparenti u kontabbli, iżda fl-istess ħin b’moħħom mistrieħ li għandhom l-appoġġ ta’ kulħadd, inklużi istituzzjonijiet bħall-Qorti.

Letter published in l-Orizzont, 24 February 2009

Sunday, March 1, 2009

A tribute to my mother, Virginia – as I remember her

Few people knew her as she never fetched the spotlight. Yet even those who never spoke to her respected her. She was considered as a reserved person as she practised the principle ‘Habib kulhadd, habib hadd’. She continued to practice this principle even during the last two years when she lived in an old-people’s home. She was friendly with all, yet she was very reserved. The only long conversations she held were with her room mate, Michaelina. When she was alone, she will either say her prayers or put her glasses on and read Maltese literature, minding only her business.

When we used to visit her, she would only ask if the rest of our families were fine. Then she will just listen to our conversation, only answering when a question was directly put to her. Yet, if there was something which she felt that she needs to tell you, she will put it in simple words. She will tell you her opinion, but she never imposed on us. I believe that the following words which were written to me by Hans, Annabelle’s (my niece) husband described her:

Ghandek ommok tal-ghageb. Fehmet u ghexet xi valuri fondi u semplici tal-hajja. Mindu kont nafha, jiena ukoll stimajtha wisq.

Kellha relazzjoni pjuttost intimu mat-tfal taghha, imma halliethom helsin. Ma indahlietx hafna fil-hajja taghhom.

M'ghamlitx xejn speciali biex in-nies jiftakru minnha. Imma xorta thalli impressioni qawwija.

I left Hans’ words as they were written – a Belgian’s view. But I share his description. While we were young she was tough manager though she would try to fit our tastes in her tight schedule. One thing she wouldn’t compromise was our studies. She was tough but patient. Uncompromising but helpful.

I can say that I owe all I know to her. She always followed my studies. Even when I started my university studies, then married, she persistently asked me how I was doing in my studies. Small things that showed her support.

Yet, when we grew up, she never pestered us. We were free to determine our destiny. Guiding and supporting us yet leaving us free. This included our beliefs. She was a devout Catholic yet she never interfered in our beliefs. She would say her opinion but she left it to us to decide. When we disagreed, and I very often disagreed with her beliefs, she was sympathetic and never held it against me. Even when she was mortally ill.

When young she was energetic with a full time-table. If we learned anything from her it was time management. Even summer was a full schedule. At 08.00 we wake up and by 10.00 sharp we must be ready to go swimming. By that time she would have finished her chores including lunch. At 12 noon, we’re back home. We have lunch and then will we have two hours rest. At 17.00 sharp we proceed to St John’s Co-Cathedral where we used to say the rosary in the chapel of Our Mother of Carafa. Afterwards we proceed to the Floriana in front of the Phoenicia where we stay till 21 hours.

This was a tight schedule for her especially since we were three children practically of the same age. But she managed with a certain calmness. She was always sure of herself and determined. The fact that my sister, brother and myself are never daunted by any task is all due to her.

But there were two things that always marvelled me during her last years. The fact that when her legs started to falter and she because slowly but surely homebound, she accepted her faith and adapted to her new life. It was unfortunate that she, during that time, could not accept the wheelchair. This made her completely homebound. However, she never complained just as she never complained whenever she was hospitalized even though she could never accept either the hospital environment nor the food.

The second thing that surprised me was that finally she accepted to stay in an old-people’s home. I believe that she accepted it simply because she realised that in spite of his efforts, my father could not cope with her day to day needs.

The above are some of the memories that I will preserve as they remind me of the solid person my mother was till her death.

Monday, February 9, 2009

Regulators - MRA , amongst others

Ir-regolatur – l-MRA fost ohrajn

Il-gimgha li ghaddiet il-Professur Edward Scicluna kiteb artiklu dwar il-kwistjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma u iffoka fuq ir-regolatur – l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Rizorsi (MRA).

Il-Prezz

Il-Professur Scicluna semma zewg punti importanti – kif ghandu jinhadem il-prezz u r-rwol tar-regolaturi. Dwar il-prezz semma kif ghandu jinhadem. Biex naslu ghall-prezz irridu nikkomparaw azjenda ta’ daqs l-Enemalta, izda li tkun qed tahdem f’suq kompetittiv, kemm ticcargja ghal kull unit elettriku. Hu minhemm li rridu nistabbilixxu l-prezz u mhux mill-ispiza u l-kotba mhux awditjati. Kien preciz meta qal li l-metodu li niehdu l-ispiza tal-Enemalta biex nikkalkolaw il-prezz mhux tajjeb u jmur kontra l-interessi tal-konsumaturi. Dan ghaliex l-Enemalta hi monopolju u ghalhekk m’ghandha l-ebda interess li tnaqqas dawn l-ispejjez kemm jista’ jkun. Li kieku l-Enemalta qed tikkompeti ma’ xi azjenda ohra, peress li ma tkunx tista’ tgholli l-prezz kemm trid hi, ikollha tara x’taghmel biex tnaqqas l-ispejjez. B’hekk l-ispiza ta’ thaddim taghha jkun hafna aktar baxx milli hu llum.

Ma tantx trid immaginazzjoni biex tissoponi kif jitilghu l-ispejjez mhux gustifikati. Kull ma trid hu tiftakar meta nkunu qrib elezzjoni u kif f’daqqa wahda kull azjenda kkontrollata mill-gvern ikollha bzonn ghexieren ta’ impjegati u kif jinfethu l-bibien ghal promozzjonijiet. Dawn l-ispejjez izidu l-ispiza tal-azjendi mhux ghal ftit zmien izda ghal snin shah. Skont il-mudell li ntghazel li jirkupraw l-ispejjez kollha, dawn ikollhom ihallsu ghalihom il-konsumaturi, irrespettivament jekk kien hemm bzonnhom jew le.

Dan barra l-fatt li ma jkun hemm l-ebda incentiv li tibdel il-metodi li tuza sakemm dawn b’xi mod ikunu ghadhom jahdmu minkejja li dawn il-metodi ma jkunux l-aktar efficjenti. Kumpanija li tkun qed tikkompeti il-hin kollu tkun qed tfittex l-aktar metodi efficjenti biex tnaqqas il-prezz u tkun aktar kompetittiva.

Il-metodu li ntghazel biex nikkalkolaw it-tariffi jkompli jzid l-inefficjenza ta’ azjendi bhal Enemalta. Ir-raguni hi li l-ebda Chairman jew Ministru mhu qed ihallas ghal dawn l-inefficjenzi. Dawn qed ihallas ghalihom il-konsumatur. U l-konsumatur qed ihallas ghalih darbtejn. L-ewwel darba bhala konsumatur billi jhallas prezzijiet aktar gholjin u t-tieni darba bhala haddiem. It-tieni darba jhallas ghaliha ghaliex l-inefficjenza jehel biha l-haddiem. S’issa ghadni ma naf bl-ebda Chairman li wehel hu ghall- inefficjenzi minkejja li hu responsabbli. Ma naf bl-ebda Ministru li ammetta li mexxa dawn l-azjendi b’mod inefficjenti. It-Tarzna tipprovdina bl-ahjar ezempju ta’ kif jigru l-affarijiet f’Malta.

L-Awditur Generali

Hu hawn fejn jidhlu sew ir-Regolatur u sew l-Awditur Generali. Dan tal-ahhar ghandu jara mhux biss jekk il-flus li hargu marrux fejn sar l-infiq izda per ezempju, jekk sarux skond il-budget. Jekk ma sarux skond il-budget li kellha l-azjenda, ghaliex? Min hada d-decizjoni? Kien gustifikat li ssir din in-nefqa minkejja li ma kinitx fil-budget? U fuq kollox ghaliex ma kinitx tidher fil-budget? Il-budget sar sewwa jew le? U ghaliex l-accounts tal-Enemalta ma gewx awditjati? Min ha din id-decizjoni? It-targets imsemmija ghas-sena intlahqu jew le? Jekk ma ntlahqux, ghaliex ma ntlahqux? Ir-ragunijiet huma sodisfacenti jew le? Jistghu l-konsumaturi, li huma wkoll it-taxpayers, ikunu jafu min hu responsabbli?

Ir-Regolatur

Ir-Regolatur ghandu responsabilitajiet differenti. Il-lista hi wahda twila ghaliex barra d-dmirijiet li semma l-Professur Scicluna, ir-Regolatur ghandu ohrajn li jiggarantixxi standards ghas-servizz li tipprovdi l-Enemalta.

Fost dawn insibu kemm hu accettabbli li jinqata’ l-elettriku fid-dinja tal-lum. Regolaturi f’pajjizi ohra poggew targets li m’ghandhomx jinqabzu mill-azjenda li tkun qed tipprovdi l-elettriku. Hu accettabbli li per ezempju, jinqata’ l-elettriku ghal siegha bhal ma gara ricentament fis-Swieqi? Gie stabbilit l-massimu ta’ zmien li hu permessibbli li jinqata’ d-dawl tul sena bhal ma jigri f’pajjizi ohra? Niftakar li snin ilu kont ktibt lill-MRA u staqsejt jekk kienx hemm dawn l-istandards. Sintendi, risposta qatt ma rcevejt.

L-istess bhal ma kontx ircevejt l-ebda risposta dwar targets ta’ kemm ghandhom jitnaqqsu l-leakages mill-Water Services Corporation. Dawn huma affarijiet normali f’pajjizi tal-UE. Izda fuq kollox ir-regolaturi mhux hemm ghalxejn. Jekk il-kumpaniji ma jzommux mal-istandards jehlu multi.

Fir-Renju Unit, it-Thames Water kienet wehlet multa ghaliex ma lahqitx dawn l-istandards u kellha tidhol ghal investiment ta’ aktar minn £150 miljun filwaqt li kienet wehlet multa ta’ aktar minn £1 miljun lira ghaliex ma tatx kumpens lill-konsumaturi ghaliex ma zammitx l-appuntamenti taghha. Min jaf f’Malta x’multi kienu jehlu sew l-Enemalta u sew il-WSC kieku ghandna regolaturi effettivi bhal dawk li semmejna.

Possibbli li Malta naslu ghar-regolaturi effettivi? Jien nemmen li nistghu ghaliex f’hafna minn dawn ir-regolaturi hemm nies kapaci. Li ma hemmx hi tmexxija serja li twassal sabiex ir-regolatur iqis li hu qieghed hemm biex ihares lill-konsumaturi u mhux lill-gvern tal-gurnata, minkejja l-ligi.

Published in Torca 1st February 2009

Book Prices in Malta


Ghalkemm il-qari tal-kotba qed jikber, in-numru ta' librara dejjem qiesu qed jonqos. U fejn hemm nuqqas ta' azjendi li jbighu l-istess affarijiet, ghandek nuqqas ta' kompetizzjoni. Sintendi l-konsumaturi jkollhom ihallsu aktar.

Il-gimgha li ghaddiet mort nixtri xi kotba. Rajthom daqsxejn gholjin imma kont fil-vena li nixtri l-kotba u xtrajthom. Wara qabbilt il-prezzijiet ma' prezzijiet fuq l-internet. Hawn taht qed ingib il-prezzijiet kif qed jinbieghu Malta, il-prezzijiet fuq l-internet (inkluz il-posta):

Isem tal-ktieb ..................Prezz Malta... Prezz internet
My Name is Salma .............€13.09...............€7.99
Overworld: the life and
times of a reluctant spy.....
€13.09...............€4.66
Pitch Invasion ...................€14.65...............€9.49

Total ..............................€40.83 ..............€22.14

Mhux ta' b'xejn li kull min ghandu l-internet qed jixtri l-kotba minn hemm. Mhux ta' b'xejn li l-hajja dejjem qed toghla.

Dawn huma l-affarijiet li hemm bzonn li d-Divizjoni tal-Konsumaturi tinvestiga biex il-konsumaturi Maltin jiehdu 'a fair deal'.

Published in l-Orrizont of the 23 January 2009

Saturday, January 24, 2009

Kejl ħażin tal-Enemalta

Fl-artiklu li deher fl-aħħar ħarġa ta’ din il-gazzetta ssemma li hemm mijiet ta’ nies li nstabilhom li l-meter tal-elettriku kien qed jaħdem slow. Meta kont nilqa’ l-ilmenti fl-Għaqda tal-Konsumaturi kont iltqajt ma’ żewġ każi bħal dawn fejn familja tkun qed tgħix għall-kwiet f’darha u ssib li tiġi mhedda mill-Enemalta li se jaqtgħulha dan is-servizz jekk ma tħallasx mijiet jew eluf ta’ ewro fi żmien qasir. Dan għaliex skont l-Enemalta l-meter ikun qed jaħdem slow.
L-ewwel diffikultà hi l-biza’ li se jtellgħuhom il-Qorti meta ma għamlu xejn ħażin. Ħadd ma jrid pulizija wara biebu. Nista’ ngħidilkom li għal dawn iż-żewġ familji kienet trawma.
It-tieni diffikultà tkun meta int tibda tiċċekkja u tipprotesta. Ir-raġuni hi li l-kontijiet jinħargu mill-Water Services Corporation. Dawn jgħidulek li għandek tipprotesta mal-Enemalta. S’intendi jgħidulek biex tikteb. Hawn il-problema tikber. Risposta ma tiħux mill-ewwel u l-familja f’dan iż-żmien mingħajr risposta tkun bejn ħaltejn jekk għandhiex tħallas jew le. Fuq naħa tista’ tispiċċa l-Qorti u mingħajr dawl u fuq l-oħra titlef somma flus mingħajr ħtija. Dan speċjalment jekk is-somma tkun kbira. Fil-każi li kont iltqajt magħhom jien, kas minnhom kien fuq l-Lm1,000 u l-ieħor kien fuq it-Lm3,000.
Dawn iż-żewġ familji setgħu jħallsu, iżda d-diffikultà kienet: għaliex għandhom iħallsu qabel ma l-protest tagħhom jinstema’, speċjalment meta jafu li m’għandhomx ħtija? Tara l-ansjetà li tinħolqilhom għaliex fuq naħa jafu li huma m’għandhomx tort u fl-istess ħin jibżgħu li jekk ma jħallsux jistgħu jispiċċaw mingħajr dawl jekk mhux il-Qorti.
Min-naħa l-oħra jafu li jekk iħallsu u jinstab li ma kellhomx tort, flus lura ma jiħdux għaliex jgħidulhom li se jaqtgħulhom is-somma mill-kontijiet ta’ wara. Tista’ toqgħod ċert li għal ħafna, wara li jkunu ġemmgħu Lm3,000 b’sagrifiċċji kbar, ma jiħdux gost li jaraw dawn itiru f’daqqa għax xi ħadd jgħidlek li l-meter li waħħal hu stess kien qed jaħdem slow! Ma nafx familji li jiġu jaqgħu u jqumu jekk jitilfu Lm3,000.
Għaliex għidt li f’dawn il-każi l-konsumaturi m’għandhomx tort? Hemm ħafna raġunijiet iżda l-aktar waħda importanti hi li l-meter hu proprjetà tal-Enemalta u hi responsabbiltà tagħha li tara li dan qed jaħdem tajjeb. Li kieku kien il-konsumatur li għażel il-mudell u kien qed jikkalkula l-ammont ta’ elettriku wżat ngħid missu qagħad attent li l-meter qed jaħdem tajjeb. Imma jekk il-meter għażlitu u waħħlitu l-Enemalta, kif jeħel il-konsumatur li l-meter qed jaħdem slow? U għaliex 12-il sena u mhux 5, 10 jew 20 sena?
L-inġustizzja u l-assurdità ta’ dan kollu taraha jekk timmaġina li għodwa minnhom meta tmur għand tal-grocer dan jgħidlek li għandek tagħtih €500 għaliex il-miżien tiegħu ma kienx qed jaħdem tajjeb għal dawn l-aħħar 12-il sena.
L-inġustizzja hi akbar għaliex jekk hemm meters li jaħdmu slow, żgur hemm meters li għaġġlu aktar milli suppost. Sal-lum għad irrid niltaqa’ ma’ xi konsumatur li rċieva ċekk ta’ eluf ta’ ewro għaliex il-meter kien qed jgħaġġel! Forsi l-Enemalta tista’ tgħidilna kemm il-miljun ewro qassmet f’ċekkijiet bħal dawn!
U hawn terġa’ toħroġ l-ineffiċjenza tal-Awtorità ta’ Malta għar-Rizorsi. X’qed tagħmel biex tara li jkun hemm ġustizzja mal-konsumaturi f’każi bħal dawn?

Published in ILLUM of the

18th January 2009

Thursday, January 1, 2009

Things of 2008

The best books I’ve read were Norwegian Wood and Hard-boiled Wonderland and the End of the World and Norwegian Wood by Haruki Murakami and The Undercover economist by Tim Harford.


Haruki Murakami always strikes me as one who can describe human feelings raw as they are. He’s a realist in the sense that his stories are all a sort of unfinished symphonies – just as human relations are. The first book is a science fiction story though one which is moulded within a network of contemporary human relationships. Norwegian Wood struck me as a story of how humans are moulded by their youth experiences.


The Undercover economist, on the other hand is a different type of book. It deals with basic economic principles but elaborates them with modern day business examples. If all economics books were written this way, economics would be one of the most popular areas of study of students. After reading this book I believe that economics is considered by some as a dismal science only because it is dealt by dismal writers. I recommend this book to all economics students.


The worst newspaper article title I’ve seen for years was ‘New energy rates workings – Families will save €27 a year’ by Mathew Xuereb which appeared on The Times (4th December 2008). I don’t think there is much to say except quote two comments which were posted when this article (?!) was published.


The first was from a certain Mark Fiorentino – “This is a perfect exercise in giving a nice title to a piece of very bad news. Journalism or political spin?” The other was from a certain Joseph Micallef – “At times like this I begin to seriously doubt the objectivity of our press. How can one say one is saving when one is paying more? This is a tactic the government uses continuously, and the press seems to be in on the game.”


This title will haunt Mr Xuereb for years to come - if it was his!


The best article on consumer affairs was the one by Marie Louise Coleiro Preca titled ‘Monopolji u Kartelli’ which appeared in l-Orizzont on the 12th December 2008. It gives an idea of the charade that we making of the principle of competition and consumer protection. It points out also to one main weakness – unless the regulators stop operating as government departments, serving the government’s interest, consumers cannot expect a fair deal. If anything it shows that Marie-Louise Coleiro Preca is still very much aware of the problems in this area.