Thursday, February 23, 2012

Telekommunikazzjoni: Fejn id-drittijiet tal-konsumaturi ma jorbtux

Qatt dhalt f’kuntratt? Nahseb li kulhadd, xi darba jew ohra, dahal f’wiehed. Kulhadd jaf li kuntratt suppost jorbot liz-zewg nahat. Jekk xi hadd ikun irid ibiddel xi kundizzjonijiet irid il-kunsens tal-parti l-ohra. Jidher li dan il-kuncett jorbot f'diversi oqsma hlief fit-telekommunikazzjoni!

Ftit gimghat ilu nqalet il-kwistjoni tal-GO plc. Dawn iddecidew li jghollu l-prezz ghal dawk li ghandhom it-tieni televixin minkejja li meta kienu dahhlu dan kien b’xejn. Ghal dawk li ma kellhomx kuntratt, fl-opinjoni tal-Ghaqda, dan seta’ jsir ghaliex ma kien hemm l-ebda rbit, la fuq naha u lanqas fuq l-ohra. Izda s-sitwazzjoni hi l-istess meta kien hemm kuntratt bejn il-konsumaturi u l-GO?

Fl-opinjoni taghna s-sitwazzjoni mhux l-istess ghax hemm kuntratt bejn iz-zewg nahat. Izda l-awtoritajiet li tahthom jaqghu t-telekommunikazzjoni, l-Awtorita’ Maltija tal-Kommunikazzjoni u l-Ufficcju tal-Konsumaturi fi hdan l-Awtorita’ Maltija ghall-Kompetizzjoni u Konsumaturi ma jaqblux ma’ din il-fehma. Dawn, mill-interpretazzjoni taghhom tal-ligi, jghidu li dan jista’ jsir ghaliex il-ligi tippermetti li jsir tibdil fit-termini u kundizzjonijiet tal-kuntratti min-naha tal-operaturi. Li ghamlu kien biss, li kull meta jinbidel il-kuntratt, dawn jaghtu 30 gurnata cans biex il-konsumaturi, jekk iridu, jibdlu l-operatur taghhom.

Din hi soluzzjoni gusta ghall-konsumaturi? Zgur li le, ghaliex kif qalulna numru ta’ konsumaturi, jekk jaghmlu hekk ser isibu ruhhom minn got-tagen ghal gon-nar. Dan ghaliex l-operatur l-iehor, meta jfettillu, xorta jista’ jibdel il-kundizzjonijiet, meta u kif irid, minkejja li hemm kuntratt.

Biss din mhux l-unika haga li l-konsumaturi qed ihabbtu wicchom maghha. Ftit gimghat wara li l-GO habbru dan it-tibdil, giet ‘l hekk imsejha ‘offerta’ tal-Melita. Tajjeb li nghidu li dan it-tibdil kollu gie deskritt bhala ‘offerta’ ghall-Milied. Ahna certi li l-konsumaturi hadu gost hafna b’dawn ir-rigali li tawhom dawn iz-zewg kumpaniji fil-Milied!https://mail.google.com/mail/images/cleardot.gif

Nigu ghall-‘offerta’ tal-Melita. Din il-kumpanija ziedet l-ispeed tal-internet taghha. Xi haga tajba. Offriet din il-bidla lil dawk li ghandhom kuntratt maghha madwar zmien xahar biex jesperjenzaw din iz-zieda fl-ispeed. Xi haga tajba u li l-Ghaqda tal-Konsumaturi tinkoraggixxi li kumpaniji ohra jaghmlu l-istess – jaghtu lill-konsumaturi zmien ta’ prova b’xejn qabel il-konsumaturi jiddeciedu.

Biss bhal ma jghid il-Malti hu fl-ahhar tal-mazzita li ssib iz-zbiba. Dan ghaliex il-metodu li ntuza, wara l-perjodu ta’ prova, biex sezzjoni ta’ konsumaturi jidhlu f’kuntratt gdid hu wiehed ingust. Dan il-metodu jissejjah ‘opt out’ ghaliex il-konsumatur isib ruhu fih minghajr ma jaghti l-kunsens espress tieghu.

Kif sar dan? Baghtu ittra fejn qalu lill-konsumaturi li jekk ma jaghmlu xejn, mill-ewwel ta’ Frar ser isibu ruhhom f’kuntratt gdid ta’ sentejn bi prezz aktar oghli minhabba z-zieda fl-ispeed tal-internet. Ghaliex dan il-metodu mhux gust mal-konsumaturi? Semplici, ghaliex:

Il-konsumaturi ma talbux ghal dan il-prodott;

Ser isibu ruhhom f’kuntratt minghajr lanqas biss jghidu iva.

Zgur li hemm hafna konsumaturi li lanqas biss ittendew b’din il-bidla ghaliex huma ma gewx mitluba jaghmlu xejn biex isibu ruhhom f’dan il-kuntratt.

Biex nghidu kollox dawk li ttendew u ma ridux, kellhom jinfurmaw lill-Melita bil-kitba u fl-istess hin ser jibqghu jgawdu mill-ispeed gholi.

Meta l-Ghaqda qajmet dan il-kaz mal-awtoritajiet ikkoncernati, hargu dawn l-affarijiet. Li:

din l-ittra kienet imbierka mill-Awtorita’ Maltija ghall-Kommunikazzjoni (MCA);

l-MCA fakkritna li sew il-ligi taghna u sew id-Direttiva tal-EU jippermettu li l-operatur jista’ jbiddel it-termini u l-kundizzjonijiet meta jrid;

l-Ufficcju tal-Konsumaturi fid-decizjoni tieghu lanqas biss ittratta l-ilment li l-metodu ma kienx gust.

L-Ghaqda mhix kuntenta b’dan kollu ghaliex din il-prattika mhix gusta mal-konsumaturi u ahna nemmnu li dan imur kontra d-drittijiet tal-konsumaturi. Tajjeb insemmu Artikolu 9 tad-Direttiva 97/7/KE dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-boghod li jghid:

Inertia selling

L-Istati Membri ghandhom jiehdu mizuri sabiex:

- Jipprojbixxu l-forniment ta’ oggetti jew servizzi lil- konsumaturi minghajr ma jkunu gew ordnati mill-konsumaturi minn qabel, fejn dan il-forniment jinvolvi talba ghall-hlas,

- Jezentaw lill-konsumatur mid-dispozizzjoni ta’ kull konsiderazzjoni f’kazijiet ta’ forniment li jsir meta ma jkunx mitlub, in-nuqqas ta’ risposta ma jikkostitwixxix kunsens.

Biss bhal ma diga’ ghidna, ghall-Ufficcju tal-Konsumaturi dan l-artikolu qiesu ma jezistix.

Zgur li l-Ghaqda mhix ser taccetta sitwazzjoni bhal din u ser inkomplu nahdmu sabiex is-sitwazzjoni tirranga. Ir-raguni hi wahda: fis-sitwazzjoni kif inhi, l-operaturi ghandhom dritt li jibdlu l-kuntratt meta u kif iridu filwaqt li l-konsumaturi jridu josservaw sa l-anqas punt ghaliex inkella jkollu jiffaccja l-konsegwenzi. Hu ghalhekk li l-Ghaqda temmen li fit-telekommunikazzjonijiet il-konsumaturi m’ghandhomx drittijiet.