Sunday, November 23, 2008

Sistema bazwija

Nirreferi ghall-artiklu ‘Tbazwira kontra l-ligi ghad-dawl u l-ilma’. Fost affarijiet ohra ssemiet l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Rizorsi.

Issemma li jidher li l-Gvern irid li din l-Awtorita’ sservi ta’ ‘rubber stamp’. Jekk inharsu ftit lejn il-ligi li kienet ghaddiet tista’ toqghod cert li l-Awtorita’ m’ghandhiex il-porter li tieqaf lill-Gvern.

Jekk wiehed jara l-ligi ta’ din l-Awtorita’ jsib li l-Ministru, meta jrid, jista’ jnehhi l-Membri tal-Awtorita’ “ jekk, fil-fehma tal-Ministru, dak il-membru ma jkunx idoneu biex ikompli f’dik il-kariga jew ikun sar inkapaci milli jwettaq sew dmirijietu bhala membru”. Ifisser li l-Ministru m’ghandux bzonn ikollu l-ebda raguni hlief li tinbidillu l-fehma.

Barra minhekk jekk wiehed ihares lejn l-artikli l-ohra jsib li ‘L-Ezekuttiv Principali u l-kapijiet tad-Direttorat ghandhom jinhatru mill-Awtorità wara konsultazzjoni mal-Ministru’.

Fuq kollox meta l-Ministru ‘jidhrulu li jolqtu l-interess pubbliku, minn zmien ghal zmien jaghti lill-Awtorità direttivi bil-miktub ta’ xorta generali’. Dan ifisser li l-Ministru jista’ jindahal fuq kull haga, jekk jidhirlu li din tolqot l-interess pubbliku.

Biss jidher li l-Ministru mhux kuntent li ghandu l-poter li jpoggi n-nies tieghu biex imexxu l-Awtorita’, jigi ‘kkonsultat’ f’min jiehu l-karigi ezekuttivi, u jaghti d-direttivi fuq dak li jidhirlu. Jidher li minkejja li l-Awtorita’ ghandha l-poter u l-obbligu li tirregola l-istrutturi tal-prezzijiet u tistabbilixxi l-mekkanizmi li bihom jigi stabbilit il-prezz, il-Ministru hass li hu ‘l fuq mil-ligi u ddecieda hu.

Nitkellmu car, minkejja dan kollu, ma jfissirx li n-nies li qed imexxu l-Awtorita’ gew skolpiti mir-responsabbilta’ li ghabbiet fuqhom il-ligi. Li gara dan kollu u ma jitniffsux, jidher kemm l-Awtoritajiet li ghandna huma minghajr sinsla.

Biss fuq il-kwestjoni tad-dawl u l-ilma hemm entitajiet ohra mdahhlin. Per ezempju, ghaliex id-Dipartiment tal-Kompetizzjoni Gusta ma nvestigax ir-rati l-godda. Id-Direttur ta’ dan id-Dipartiment ghandu dritt li jinvestiga u jiddeciedi fuq ir-rati, peress li l-Enemalta hi monopolju. Jew anki dan qieghed hemm biex jipprotegi l-interess tal-Gvern, meta suppost li qieghed biex jiddefendi l-interessi tal-konsumaturi!

U x’inhu jaghmel l-Awditur Generali, entita’ ohra li qed inhallsu ghaliha ahna l-konsumaturi, biex jara li dawn qed jahdmu tajjeb u b’hekk ikun qed jassigura li t-taxxi li qed jigu mhallsa mill-konsumaturi qed jigu minfuqa sew. Personalment inhoss li l-Awditur Generali ghandu bzonn sew aktar poteri u sew aktar hegga.

Biss fuq kollox, x’qed jaghmel il-Parlament? Ghaliex hallejna li l-Enemalta minghajr kontijiet awditjarji. Din mhix entita’ zghira!. Qed jintefqu l-miljuni kuljum u qiesu ma gara xejn. Ghaliex sew il-Ministri li tahthom jaqghu dawn l-istrutturi mhux qed jigu ppressati jispjegaw dawn in-nuqqasijiet u l-indhil taghhom. Ghaliex il-Parlament mhux qed jezamina dawn l-entitajiet u jagixxi fuq dak li jsib. Jew, bhal ma kien qalilna Ministru, anki l-Parlament sar ‘rubber stamp’ tal-Gvern?

Fl-ahharnett x’qed taghmel l-Istampa biex nohorgu dan kollu fil-pubbliku? Niehu r-ruh meta nara artiklu, bhal ‘Tbazwira kontra l-ligi ghad-dawl u l-ilma’ li qed jinvestiga dawn l-affarijiet.

Hu minhabba dan kollu li, mhux awtoritajiet bla sinsla biss ghandna, izda sistema ta’ ‘checks and balances’ bazwija li qed tnawwar id-demokrazija. U povru konsumatur li jkollu jhallas ghal dan kollu.

Published Torca 23rd November 2008

No comments: