Saturday, November 14, 2009

L-MRA u t-tariffi tad-dawl u l-ilma

Ricentament thabbar li l-Gvern se jahsibha biex jerga’ jcaqlaq ’il fuq it-tariffi tad-dawl u l-ilma. Miniex se nidhol fuq l-effetti li mziura bhal din se jkollha sew fuq is-setturi industrijali u kummercjali u sew anke fuq il-familji. Izda se nerga’ ndur fuq ir-regolatur – l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Rizorsi (MRA).

Fi Frar ta’ din is-sena, din l-Awtorita’ wara baraxx ta’ kritika kienet nediet konsultazzjoni pubblika dwar il-principji li għandhom jintuzaw biex jigu determinati t-tariffi tal-elettriku.

F’Mejju rega’ kien hemm revizjoni u l-MRA fir-rapport tagħha, minghajr ma ghamlet l-ebda referenza ghall-konsultazzjoni pubblika, tidher li accettat il-metodu li thaddem l-Enemalta, metodu li jirrifletti l-pozizzjoni tal-Enemalta bhala monopolju. Ghalhekk il-prezzijiet ma jirriflettux il-prezzijiet li seta’ kellna li kieku kellna suq aktar miftuh.

Dan jitfa’ fuq il-konsumaturi l-inefficjenzi ta’ min imexxi din il-korporazzjoni. Aktar minn hekk, dan il-metodu jkompli jinkoraggixxi li l-inefficjenzi jkomplu ghaddejjin u jhallas ghalihom il-konsumatur.

Ftit taz-zmien ilu, din l-Awtorita’ kellha tibdil fit-tmexxija. Ghalhekk qed nistennew li issa l-Awtorita tohrog rapport tal-konsultazzjoni li saret u tghid liema proposti laqghet u ghaliex. Fuq kollox l-Awtorita’ ghandha tispjega kif il-proposti li laqghet iharsu lill-konsumaturi u kif qeghdin iwasslu biex ikollna Enemalta aktar efficjenti.

Letter published in l-Orizzont 4th November 2009

No comments: