Sunday, November 27, 2011

L-uniformijiet: mill-hazin ghall-aghar

Nirreferi ghall-artiklu ‘Tal-misthija u ‘Illegali” fis-sezzjoni ‘Ghadda minn ghala widnejna’ fejn issemma li l-iskola ta’ San Gwann wissiet lill-genituri li xtraw qalziet tal-uniformi mhux minghand min ha t-tender li mhux ser jaccettaw it-tfal l-iskola jekk jibqghu jmorru b’dan il-qalziet.

L-Ghaqda kienet infurmata minn xi genituri b’dan u mal-ewwel hadna l-passi billi ktibna sew lill-Ufficcju tal-Kompetizzjoni biex dawn jiehdu dawk il-passi mehtiega ghaliex imgiba bhal din qed igieghel lill-konsumaturi jixtru minghand hanut wiehed bir-rizultat li jinholoq monopolju. Ir-rizultat ta’ dan hu li l-konsumaturi jhallsu hafna aktar kif fil-fatt irrizulta f’dan il-kaz.

L-Ghaqda kitbet ukoll lid-Divizjoni tal-Edukazzjoni biex iwaqqfu dan l-abbuz ghaliex dan imur kontra l-kompetizzjoni. Lid-Divizjoni fakkarnieha li filwaqt li skola jista’ jkollha d-dritt li timponi uniformi, zgur li m’ghandhiex dritt li ggieghel lill-genituri biex jixtru minn post wiehed.

Dan ma kienx l-uniku ilment li konna rcevejna ghaliex xi hmistax ilu konsumaturi ohra lmentaw li meta marru biex jixtru l-uniformi minghand min rebah it-tender kellhom ihallsu l-prezz komplet ghall-affarijiet li kellhom jingabru aktar tard peress li min rebah it-tender ma kellux. F’dan il-kaz ukoll l-Ghaqda kitbet sew lid-Divizjoni tal-Edukazzjoni u lill-Ufficcju tal-Kompetizzjoni sabiex iwaqqfu dan l-abbuz. Id-Divizjoni tal-Edukazzjoni mal-ewwel haslet idha ghaliex baghtet dan l-ilment lill-kumitat li ghazel it-tender.

l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni investiga u qalulu li dan sar biex il-genituri, meta marru biex jigbru l-affarijiet li ma setghux jiehdu l-ewwel darba, ma jdumux jistennew! L-Ghaqda infurmat lil dan l-Ufficcju li din kienet skuza banali ghaliex il-genituri meta marru l-ewwel darba bit-tfal setghu jehdulhom il-qies u wara jhallsu meta jmorru jigbru l-uniformi.

L-Ghaqda fakkret lid-Divizjoni tal-Edukazzjoni li kif jindika car ir-rapport li hareg l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni juri li s-sors tal-prezzijiet gholjin li qed ikollhom ihallsu ghalihom il-genituri kollha gejjin minn politika zbaljata li qed thaddan id-Divizjoni. Din il-politika qed twassal ghal spiza akbar fl-edukazzjoni minghajr ma ttejjeb l-edukazzjoni u ghalhekk hi wahda li qed tikkawza inflazzjoni. Dan barra l-fatt li din il-politika serqet ukoll id-dritt tal-ghazla tal-genituri.

Min-naha l-ohra l-Ghaqda thoss li z-zmien tar-rapporti issa ghadda. Dan ghaliex dawn l-abbuzi li originaw fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti (fejn is-sitwazzjoni hi aktar aghar) issa qed isiru wkoll fl-iskejjel tal-istat. Barra dan, l-Ghaqda tal-Konsumaturi ghandha rapporti li dawn l-abbuzi mhux biss jezistu fl-uniformijiet izda f’oqsma ohra bhall-istationery.

Ghalhekk l-Ghaqda qed theggeg lill-Ufficcju tal-Kompetizzjoni biex dan, minn issa, jibda jiehu dawk il-passi mehtiega biex ma nsibux l-istess sitwazzjoni ma’ wiccna s-sena d-diehla. Tajjeb li nfakkru li din l-investigazzjoni issa ilha ghaddejja dawn l-ahhar hames snin u l-affarijiet minflok tjiebu marru ghall-aghar.

Published in it-Torca 27th November 2011 as letter to the Editor

No comments: