Thursday, November 17, 2011

L-uniformijiet u l-izpiza tal-edukazzjoni

Regghet bdiet l-skola u bhal kull sena dejjem ikun hemm xi kwistjoni mal-bidu tas-sena skolastika. Din is-sena miss lill-uniformijiet. L-uniformijiet mhux l-ewwel darba li nqalghet. Xi hames snin ilu din il-kwistjoni kienet inqalghet ukoll. Il-Gvern kien qabbad lill-Ufficcju tal-Konsumaturi u l-Kompetizzjoni sabiex jinvestiga. Sal-lum ghadna ninvestigaw u decizjonijiet ghadhom ma ttihdux.

Din id-darba l-kwistjoni ma kinitx dwar il-prezz ta’ dawn l-uniformijiet, izda minhabba li dawn l-uniformijiet ma waslux fil-hin. Il-genituri kienu rrabjati ghaliex kellhom anki jahlu l-Hadd filghodu sabiex jakkwistaw l-uniformijiet ghal uliedhom. Izda wara dan kollu kien hemm affarijiet ohra li kienu ghaddejjin. Affarijiet li huma aktar importanti. L-Ufficcju tal-Kompetizzjoni fi hdan l-Awtorita’ Maltija ghall-Konsumaturi u Kompetizzjoni hareg rapport iehor dwar il-prezzijiet tal-uniformijiet tal-iskejjel. Dan ir-rapport hareg b’certa konkluzjonijiet izda wkoll nieda konsultazzjoni pubblika dwar dan.

X’kienu dawn il-konkluzjonijiet? Li aktar ma l-uniformijiet ikunu specifici ghal skola anqas hi l-ghazla ghall-genituri. Dan jghodd ghall-iskejjel kollha. Dan iwassal ghal aktar prezzijiet gholjin.

Li hemm differenzi fil-prezzijiet tal-uniformijet li ma jistghux jigu spjegati lanqas meta tqis id-differenzi fil-materjal;

Li meta l-uniformijiet iridu jinxtraw minghand xi hanut partikolari, l-uniformijiet ikunu aktar gholjin.

Li s-sistema tat-tenders fiz-zmien tas-survey ma gabitx prezzijiet orhos;

Dawn il-konkluzjonijiet mhux xi haga stramba ghaliex dawn kienu l-istess fatturi li l-istess ufficcju sab xi erba’ snin ilu. L-unika haga li nbidlet hi li minhabba l-politika tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni li jinkoraggixxi uniformijiet specifici ghal kull skola, is-sitwazzjoni marret ghall-aghar.

Nemmen li l-aktar punt importanti li hareg dan kollu gej minhabba l-politika tal-iskejjel li jmorru ghal uniformijiet partikolari. Hawn tajjeb li niflu dan il-punt. Zgur li l-identita’ u l-image kienu u llum saru aktar importanti. Biss, biex noholqu dan l-image, bilfors hemm bzonn li niddisinjaw uniformijiet b’hafna kuluri partikolari li bilfors iridu jinxtraw minghand xi hadd partikolari?

Personalment ma nahsibx u nsemmi ezempju biex nohrog dan il-punt. Jekk wiehed ihares lejn il-maggoranza tal-irgiel li qed imexxu Malta, zgur li jsib li hemm numru kbir ta’ dawn li hargu mill-Liceo l-antik tal-Hamrun. Dawn ukoll li kellhom uniformi, kienet uniformi partikolari u kienet tintgharaf. Biss minhabba li kien hemm id-denn, hafna mill-affarijiet tal-uniformi kont tista’ tixtrihom minn fejn trid. Kellhom qmis li hi bajda, qalziet griz, ingravata u blazer. Minn dawn l-affarijiet l-unika haga li kont trid tixtri minghand xi hanut partikolari kienu l-badge tal-iskola u l-ingravata. L-affarijiet l-ohra li jiswew il-flus kont tista’ tixtrihom minfejn trid. Minhabba f’hekk zgur il-prezzijiet ma kinux daqshekk gholjin u l-familji kienu jistghu ilahhqu maghhom minkejja li l-pagi kienu baxxi hafna.

Zgur li din kienet skola tajba u b’identita’. Biss kien hemm l-ghaqal min-naha tad-dirigenti tal-iskejjel u kienu jaghtu kas aktar il-kontenut tal-edukazzjoni li kienu jinghataw it-tfal minflok hafna xinxilli li kull ma jaghtu huma image u spiza akbar ghal edukazzjoni minghajr ma jtejbu l-kwalita’.

Il-prezzijiet ta’ dawn l-affarijiet illum dejjem qed jizdiedu. Tajjeb li naghtu harsa wkoll lejn il-prezzijiet li hareg ir-rapport. Dawn huma bbazati fuq il-prezzijiet tas-sena l-ohra.


Tal-Gvern

Tal-Knisja

Indipendenti

Qabel il-Primarja

34.47

144.31


Subien (Primarja)Semplici

79.54



Subien (Primarja)Komplessa

117.3

165.49

221.71

Bniet (Primarja) Semplici

80.96



Bniet (Primarja) Komplessa

120.66

187.03

199.23

Subien (Sekondarja)

201.06

188.03

236.56

Bniet (Sekondarja)

212.05

227.1

223.58

It-Tabella ta’ hawn turina kif tvarja n-nefqa fit-tliet livelli. Turina wkoll id-differenza bejn dawk l-uniformijiet li ghandhom disinn semplici u ghalhekk jistghu jinxtraw minn ghad ta’ hwienet u dawk l-uniformijiet li d-disinn taghhom hu kompless u ghalhekk ikunu jistghu jinxtraw minn hanut wiehed jew l-iskola stess. Ir-rapport jghid li din id-differenza fil-prezzijiet mhix gejja minhabba l-kwalita’ bhal ippruvaw jghidu xi whud. Jekk niehdu d-differenza fil-press ta’ uniformi semplici u wahda komplessa, insibu li hemm differenzi kbar fil-prezz. Uniformi tal-Primarja li tkun komplessa tiswa madwar darba u nofs ta’ wahda li tkun semplici!

Dan jindika kemm il-politika ta’ skola dwar l-uniformi tista’ twassal ghal spiza hafna akbar tal-edukazzjoni. Sfortunatament, il-Ministeru tal-Edukazzjoni jidher li qabad it-triq li biex jgholli l-image tal-iskejjel tieghu qed johloq uniformijiet komplessi b’kuluri differenti. Dan qed iwassal ghal spiza hafna akbar ghall-genituri. Li kieku din l-ispiza sejra biex ittejjeb il-kwalita’ tal-edukazzjoni, nifhima, izda sempliciment biex intejbu l-image hi nefqa zejda. Tajjeb li nkunu nafu kemm saret konsultazzjoni fuq l-uniformijiet mal-genituri li finalment qed ihallsu.

Fuq kollox irridu nifhmu li l-affarijiet huma aktar komplessi milli jaghti x’jifhem ir-rapport. Dan ghaliex il-genituri, l-aktar dawk li jahdmu t-tnejn, fuq certi oggetti tal-uniformi jridu jixtru aktar minn wahda jekk iridu jzommu lit-tfal taghhom dejjem indaf. Is-sitwazzjoni qed tkompli tiggrava ghaliex din id-drawwa ta’ komplessita’ fuq l-uniformijiet, qed tinfirex fuq affarijiet ohra. Per ezempju, qalulna li hemm hafna skejjel fejn it-tfal ikollhom jixtru l-affarijiet tal-kitba (stationery) jew minn hanut partikolari jew mill-iskola stess. L-iskuza hi li hemm affarijiet li ma ssibhomx kullimkien. Fil-fatt, jidher li qed isir sforz biex nikkumplikaw l-affarijiet u naghmluhom aktar specifici biex ikollhom jinxtraw minn hanut wiehed jew mill-iskola. Il-mistoqsija tohrog wahedha. Dan ghaliex qed isir? Hemm xi interessi li ma jidhrux?!

Ir-rapport isemmi wkoll li s-sitwazzjoni fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti l-affari hi aktar ta’ thassib ghaliex hemm hafna mill-iskejjel li jordnaw lill-genituri biex jixtru l-uniformi u l-affarijiet l-ohra minghandhom stess jew minn xi hanut wiehed tal-ghazla taghhom. Dawn qed iwasslu ghal spiza hafna akbar minhabba affarijiet sekondarji u mhux dawk necessarji ghal edukazzjoni ahjar. L-istess mistoqsijiet li staqsejna fil-paragrafu ta’ qabel jergghu jqumu b’aktar sahha. Sfortunatament, ir-rapport ma dahalx f’dawn l-affarijiet.

Ir-rapport jaghmel numru ta’ rakkomandazzjonijiet. L-aktar haga importanti hi li dawn l-affarijiet mhux qed jizviluppaw minhabba prattici hziena fis-suq, izda minhabba l-politika tal-iskejjel fuq l-uniformijiet li qed twassal li jinholqu prattici hziena li jwasslu ghal spiza hafna akbar li jkollhom ihallsu ghaliha l-familji taghna.

Ghall-Ghaqda l-affarijiet li hareg bihom ir-rapport mhux ta’ sorpriza ghaliex konna indikajnihom snin ilu meta qamet l-ewwel darba l-kwistjoni tal-uniformijiet. Dan ir-rapport jikkonferma li dawn il-prattici qed jaqtghu lill-genituri ‘l barra bil-konsegwenza li l-affarijiet qed jigu ddettati mill-iskejjel li ghandhom interessi differenti minn dawk tal-genituri.

Sfortunatamtnet, ir-rapport jieqaf biss fuq rakkomandazzjonijiet minkejja li hemm provi cari li dawn l-affarijiet qed ikissru l-kompetizzjoni. Ghalkemm nistennew rapporti ohra fuq dan it-tip, nemmnu li z-zmien tar-rakkomandazzjonijiet illum spicca u hemm bzonn li nibdew insemmu l-iskejjel li qed juzaw prattici hziena. Fuq kollox l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni issa hemm bzonn li jibda jiehu azzjoni biex dawn l-abbuzi li qed ikollhom ihallsu ghalihom il-genituri jieqfu darba ghal dejjem. L-azzjoni trid tibda minn issa biex is-sena d-diehla innaqsu dawn il-problemi li, bla htiega, qed izidu n-nefqa tal-edukazzjoni.

21st October 2011

No comments: