Saturday, March 17, 2012

Jum il-Konsumaturi

Ghal maggoranza tan-nies, jigi jew ma jigix Jum il-Konsumaturi, ma taghmilx l-ebda differenza. Dan kontra xi jiem ohra, bhal ma hu Jum l-Omm, Jum il-Missier jew San Valentino – Jum il-Mahbubin. Ir-raguni hi wahda semplici. Dan ghaliex filwaqt li dawn il-Jiem l-ohra huma kollha ibbazati fuq l-emozzjoni, Jum il-Konsumaturi ma jgib l-ebda emozzjoni.

Biss f’dan il-qasam, l-emozzjoni mal-ewwel tisplodi jekk tkun ghadek kemm xtrajt xi haga li kont ilek tixtieq u ssib li din ma tahdimx, jekk tkun ghadek kemm hallast somma flus sew biex jghamlulek il-bejt bil-membrane u mal-ewwel xita issib li bqajt fejn kont jew jekk tircievi xi kont ghal servizz tat-television li tkun ilek li qtajt snin.

U hawn jidhol Jum il-Konsumaturi ghaliex hamsin sena ilu il-President John F Kennedy waqt li kien qed jindirizza l-Kungress Amerikan kien l-ewwel statesman li gharaf xi drittijiet tal-konsumaturi. Dawn illum zviluppaw ghal tmien drittijiet – id-dritt ghal servizzi bazici, id-dritt ghal informazzjoni, ghall-kumpens, ghall-edukazzjoni, ghal sigurta fil-prodotti w servizzi li tixtri, ghall-ghazla, ghal raprezentanza, u d-dritt ghall-ambjent sahan.

Ir-raguni li l-emozzjoni tisplodi hi li bil-kliem kulhadd jaqbel ma dawn id-drittijiet izda fil-prattika hafna jsibu kull skuza biex icahdu dawn id-drittijiet lill-konsumaturi. Din is-sena l-Consumers International (CI), l-Ghaqda dinjija tal-Konsumaturi, iffukat fuq id-dritt tal-ghazla. Iffukat wkoll fuq is-servizzi finanzjarji. Tajjeb li nghid li din hi t-tieni sena li l-CI qed temfasizza s-servizzi finanzjarji. Dan ghaliex jidher li d-dinja ma taghlmet xejn mill-krizi finanzjarja li laqtet id-dinja ftit snin ilu. Ghalkemm waqt il-furur li kien hemm, kien hemm hafna kliem li hemm bzonn ta’ aktar regolamentazzjoni, baqa’ ma sar xejn.

Hafna min-nies jahsbu li ghaliex is-sistema bankarja Maltija ma ntlaqtitx bil-kbir, ma gralna xejn serju. Ghal hafna l-aqwa li l-profitti tal-banek regghu telghu bis-shih! Biss fil-hafna kliem li konna qrajna f’Malta dwar din is-sitwazzjoni, ftit kienu dawk li wkoll iffukaw fuq il-konsumaturi – l-investitur iz-zghir. S’issa ghandna ma nafux kif intlaqtu. Biss minn dak li jidher, kien hemm hafna li ntlaqtu u raw hafna minn dak li gemmghu b’sagrificju ghal hafna snin jizvinta fix-xejn. Mhux hekk biss, talli qiesu ma gara xejn. Lanqas biss nafu kemm flus tilfu l-Maltin f’din il-krizi.

Din mhux l-ewwel darba ghaliex ftit snin ilu kien hemm hafna Maltin li tilfu flushom wkoll fl-investiment li kienu ghamlu fl-Argentina. L-istess ma jidher li taghallimna xejn minn din il-krizi. L-istess bhal ta’ qabilha kwazi ma tkellem hadd.

Dan ma garax biss f’Malta ghaliex anki l-investituri Eworpej kienu ingidmu. Tajjeb li nsemmu dak li semmew il-Kummissarji tal-UE Barnier u Dalli. Il-Kummissarji Barnier beda l-messagg tieghu billi fakkar li ‘swieq finanzjarji qeghdin hemm ghas-servizz tac-cittadin u mhux bil-maqlub.’ Min-naha tieghu il-Kummissarju John Dalli semma kif f’dawn l-ahhar snin, minhabba li konsumaturi ma rcevewx informazzjoni u parir li jifthem u ghamlu investiment hazin u tilfu hafna minn dak li gemmghu. Iz-zewg Kummissarji semmew mizuri shah li hemm ippjanati sabiex jaraw li f’dan is-settur il-konsumaturi Ewropej jerga’ jkollhom fiducja fis-swieq finanzjarji. Ahna nittamaw li sew il-Kunsill tal-Ministri u sew il-Parlament Ewropew jkollhom il-kuragg u jwettqu dan il-programm ta’ riformi. Il-biza taghna hi li l-pressjoni li kapaci jghamlu l-banek u agenzi jifinanzjarji ohra tant tkun qawwijja li kollox jisfuma fix-xejn.

Dan iwassalni ghat-taghlima li suppost li taghallimna. Hemm bzonn ta’ aktar regolamenti effettivi biex dan is-setturjahdem tajjeb. Regolamenti effettivi ma xxekklux it-tkabbir ekonomiku bhal ma qed jippruvaw ibbellghuilna s-settur finanzjarju. Regolamenti effettivi ifissru li jkollna regolaturi li:

· jghidulna xi jkunu qed jaghmlu u jipubblikaw l-investigazzjonijiet li jkunu ghamlu. Dan ma jgibx tharbit fl-ekonomija izda aktar serjeta’ ghaliex kulhadd ikun jaf li kulhadd hu that il-lenti. Dan igib fiducja fis-sistema finanzjarja;

· jkunu sodi u kapaci jifqu lill-banek u jaqbzu ghall-konsumaturi filwaqt li jippromovu l-kompetizzjoni;

· jkunu proattivi u mal-ewwel jiehdu l-passi qabel ma l-affarijiet imorru ghal-aghar u jsiru problemi.

Dan ma jghoddx biss ghar-regolatur finanzjarju izda ghall-regolaturi l-ohra kollha. Jekk is-sena li ghaddiet ma kienetx ikaratterizzata minn xejn kienet xempju tal-falliment tar-regolaturi f’Malta. Jekk niehdu t-trasport pubbliku rajna lill-Transport Malta tibqa’ cassa filwaqt li fit-telekommunikazzjonijiet rajra sew lill-Awtorita’ Maltija tal-Kommunikazzjoni u l-Ufficcjutal-Konsumaturi fi hdan l-Awtorita’ gdida tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumaturi jghidulna li filwaqt li l-operaturi jistghu ibiddlu l-kuntratti meta u kif iridu, il-konsumaturi huma marbutin sa l-inqas klawsola. Rajna wkoll lil dawn jibqghu cassi meta konsumaturi sabu ruhhom f’kuntratt gdid minghajr mal-konsumaturi talbu ghalih. Rajna wkoll il-falliment tal-MRA specjalment fil-qasam tal-gass – sitwazzjoni fejn il-ftugh tas-suq minflok beneficcji ghall-konsumaturi gabu ziediet fil-prezzijiet u incertezza fejn is-sitwazzjoni tista’ tisplodi minn mument ghal iehor u l-konsumaturi ma jsibux jixtru l-gass.

Hu minhabba dan li hemm il-Jum tal-Konsumaturi biex il-konsumaturi stess jarfu s-sitwazzjoni taghhom u jsemmghu lehinhom filwaqt li l-awtoritajiet jghamlu analizi u bi ftit rieda politika iqumu fuq taghhom biex iharsu d-drittijiet tal-konsumaturi.

Published in Orizzont 16th March 2012.

No comments: